STUDJU U TALB BIL-BIBBJA
Kors qasir imma dettaljat dwar il-Bibbja. Kelliema speċjalisti dwar It-Testment il-Qadim u t-Testment il-Ġdid.
Il-kors miftuħ għal kulħadd speċjalment għal min għandu għatx għall-Kelma ta’ Alla. Kull laqgħa jkollha element ta’ studju bibliku u element ta’ talb u smigħ tal-Kelma ta’ Alla.
OTTUBRU
It-Tnejn, 7, 14, 21, u 28
NOVEMBRU
It-Tnejn, 8 u 25
DIĊEMBRU
It-Tnejn, 2 u 9
REV PROF MARTIN MICALLEF OFMCAP
Rev Micallef hu professur tal-Iskrittura Mqaddsa u speċjalizzat fil-kitbiet ta’ San Ġwann fit-Testment il-Ġdid ġewwa l-Università ta’ Malta.
REV DR STEFAN ATTARD
Rev Attard huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Iskrittura Mqaddsa u d-Dekan tal- Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.
REV PROF PAUL SCIBERRAS
Rev Sciberras hu professur tal-Iskrittura Mqaddsa speċjalizzat fil-Kitbiet tat-Testment il-Ġdid fl-Università ta’ Malta.
DR JOSEPH CIAPPARA
Dr Ciappara huwa lecturer fit-Testment il-Qadim u Lingwi bibliċi fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.
REV DR SINCLAIR BUGEJA
Rev Bugeja għadu kif irċieva d-Dottorat fl-Iskrittura Mqaddsa bi speċjalizzazzjoni fit-Testment il-Ġdid.
Donazzjoni ta’ €35
Il-ħlas jista’ jsir permezz ta’ cheque lil ‘Families for Christ’ u jintbagħat:
Ċentru għal-Familja
Kors fuq il-Bibbja
28,
Triq Idmejda Ħal Balzan
Għall aktar informazzjoni ċempel 7939 2405