Publications

Downloadable Information

Għal dawn l-aħħar 25 sena, il-grupp Families for Christ kien qed jiltaqa’ regolarment biex ikun ta’ sapport għall-familji tul il-ħajja tagħhom miżżewġa flimkien ma’ wliedhom. F’dawn l-aħħar snin, ħassejna l-bżonn li jkollna ċentru għalina li jkun ċentru ta’ akkoljenza, ta’ smigħ, ta’ fejqan; ċentru fejn il-familja tista’ tiltaqa’, tistrieħ, taqsam l-esperjenzi u tattendi sessjonijiet marbutin ma’
dan kollu.

Bil-providenza ta’ Alla u bil-għajnuna tas-Sorijiet tal-Bon Pastur ta’ Ħal Balzan, Families for Christ issa għandhom dan iċ-Ċentru. Bil-fondi li nġabru
matul is-snin mill-Families for Christ, inbdew numru ta’ xogħolijiet ta’ renovazzjoni f’din il-propjetà mitluqa għal deċenni u issa l-ewwel u t-tieni fażi tlestew. It-tieni fażi tinkludicounselling rooms, listening centre, prayers rooms u meeting rooms. Barra dawn, is-sala prinċipali u żona ta’ rekreazzjaoni ġew irranġati u mgħammra b’kulma humeħtieġ